Tuesday, April 30, 2024

Użu ta’ pestiċidi possibbilment wassal għall-mewt ta’ żewġt itfal fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Prosekuturi ġewwa l-Ġermanja qalu li użu ħażin ta’ pestiċidi wassal għall-mewt ta’ żewġt itfal żgħar. Il-każ seħħ qrib il-belt ta’ Frankfurt sewwasew ġewwa Karlstein. 

Il-ġisem bla ħajja ta’ tifla ta’ ħames snin u ħuha ta’ erba’ snin instabu fid-dar tagħhom, u l-ħaddiema mediċi għamlu dak kollu li jistgħu iżda t-tentattivi kienu kollha għalxejn. 

Testijiet li saru wara fuq il-binja nstab li kien hemm preżenza qawwija tal-kimika phosphine, li hija waħda tossika ħafna. Missier it-tfal, li għandu 49 sena, qal li hu kien uża pestiċidi fid-dar. 

L-awtoritajiet qed jgħidu li bl-użu tal-pestiċidi, b’mod aċċidentali, setgħet seħħet xi reazzjoni kimika li wasslet biex ġie kkreat l-phosphine. Minkejja dan, s’issa għadu mhux magħruf eżatt x’wassal għall-mewt ta’ dawn it-tfal. Il-prosekuturi qalu li l-missier qiegħed jiġi investigat b’rabta ma’ żewġt imwiet kawża ta’ negliġenza.  

Sport