Friday, October 23, 2026
Home Sport Id-dar tal-captain ta’ Man Utd, Bruno Fernandes, misruqa waqt il-logħba tiegħu kontra...

Id-dar tal-captain ta’ Man Utd, Bruno Fernandes, misruqa waqt il-logħba tiegħu kontra Como

0
58

Id-dar tal-captain ta’ Manchester United, Bruno Fernandes, f’Cheshire sfat il-mira tal-ħallelin waqt li kien qed jilgħab għal Manchester United kontra Como liema partita kienet valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.

Il-pulizija ta’ Cheshire fetħet investigazzjoni wara rapporti dwar attività suspettuża li kienet tinvolvi tliet irġiel mhux identifikati fil-viċinanza tal-proprjetà għall-ħabta tat-8.30 pm. Meta l-uffiċjali waslu fuq il-post, is-suspettati kienu diġà ħarbu, iżda minn ġewwa d-dar insterqu diversi oġġetti.

Fortunatament, il-familja ta’ Fernandes ma kinitx id-dar fil-ħin tal-inċident. Huwa mifhum li l-aggressuri damu inqas minn ħames minuti ġewwa l-proprjetà.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here