Saturday, May 4, 2024

“Id-Dar tal-Providenza hija xhieda ta’ kemm aħna l-Maltin nafu nieħdu ħsieb xulxin”

Jispikkaw iċ-ċkejknin waqt il-Maratona ġbir ta' fondi b'risq id-Dar tal-Providenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Id-Dar tal-Providenza hija xhieda ta’ kemm aħna l-Maltin nafu nieħdu ħsieb xulxin. Ma nistgħux naqtgħu qalbna u saħaq dwar il-bżonn li nagħrfu t-tajjeb li hemm fina. Huwa nuqqas ta’ għaqal li nieqfu biss fin-negattiv u ma nagħrfux it-tajjeb. Il-Mulej jagħtina d-dehen li nagħrfu t-tajjeb u l-ħażin u nagħżlu mbagħad it-tajjeb. Dak hu l-akbar għaqal”. Qal dan l-Arċisqof Charles Scicluna hekk kif aktar kmieni fetaħ il-Maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza b’quddiesa fil-kappella tal-post.

Spikkaw iċ-ċkejknin li f’dan l-ewwel jum tas-sena ngħaqdu mal-bqija tal-voluntiera fis-Siġġiewi biex jagħtu ftit mill-ħin tagħhom u jwieġbu t-telefonati ta’ dawk li qegħdin iċemplu biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom.

Ta’ kull sena jkollok numru ta’ appelli minn ġenituri li kieku mhux għad-Dar tal-Providenza jibqgħu b’dik l-għafsa ta’ inċertezza f’qalbhom minħabba li mingħajrhom uliedhom ma jkollhomx min se jieħu ħsiebhom. Id-Dar tal-Providenza saret is-serħan il-moħħ ta’ ħafna ġenituri li jafu li ladarba huma ma jibqgħux fi stat li jieħdu ħsieb lil uliedhom, hemm persuni ddedikati li qegħdin jagħtu dinjità lil persuni b’diżabbiltà billi tagħtihom iċ-ċans li jgħixu ħajja indipendenti.

Il-preżenza ta’ dawn il-persuni tkompli tikkonferma dwar is-sbuħija ta’ dawn iż-żminijiet fejn għandek poplu wieħed maqgħud li wara biss ftit jiem minn ġabra kbira bħalma hija l-Istrina qiegħed jerġa’ jdaħħal idejh fil-but biex lil hinn minn kull sfida, jagħti minn dak li jista’ biex ħaddieħor jibqa’ jsib is-sapport li jkollu bżonn.

Sport