Thursday, December 26, 2024

Id-defiċit nazzjonali fl-ewwel tliet xhur kien l-aħjar fl-aħħar ħames snin

Aqra wkoll

Skont l-aħħar rapport li ġie ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, ġie rreġistrat tnaqqis ieħor fid-defiċit.

Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, il-Gvern kellu dħul ta’ kważi biljun u seba’ mitt miljun ewro, filwaqt li l-infieq fl-istess perjodu kien ta’ kważi biljun u seba’ mija u ħamsin miljun ewro.Dan juri diffierenza ta’ 59.2 miljun ewro.

Minkejja l-isfidi internazzjonali fosthom il-gwerra tal-Ukranja, il-Gvern Malti xorta kellu l-aqwa riżultati fid-defiċit nazzjonali f’dawn l-aħħar ħames snin.

L-NSO jirraporta li d-dħul sħiħ tal-Gvern ra żieda ta’ kważi 280miljun ewro meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu, in-nefqa fil-finanzi tal-Gvern rat żieda ta’ aktar minn 90 miljun ewro.

Ekonomija

Sport