Friday, July 5, 2024

391 persuna b’diżabilità qed jibbenefikaw mis-servizz tal-Independent Community Living

… servizz li qed isir riforma nazzjonali dwaru

Aqra wkoll

Bħalissa hemm 391 persuna b’diżabilità li qed tibbenefika mis-servizz tal-Independent Community Living. Dan is-servizz huwa l-istess servizz li qed issir riforma nazzjonali dwaru, bil-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli tgħid li l-informazzjoni li qiegħda tippreżenta fil-Parlament ma tirriflettix dak pjanat fl-implimentazzjoni tar-riforma, li se tibda tiġi implimentata fil-ġimgħat li ġejjin.

Meta kienet qed twieġeb mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea, il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riforma se tkun ikkomunikata mal-benefiċjarji u mal-pubbliku fiż-żmien li ġej. Qalet ukoll li bħalissa l-Aġenzija Sapport għandha madwar 120 każ li qegħdin fil-proċess li jiġu assessjati.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport