Saturday, December 21, 2024

Id-defiċit tal-Gvern jaqbeż il-€1 biljun kaġun tal-impatt tal-Covid-19

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena il-Fond Konsolidat tal-Gvern irrapporta defiċit ta’ €1,086.2 miljun.

Sal-aħħar ta’ Awwissu, id-dħul rikorrenti kien jammonta għal €2,524.8 miljun, li jammonta għal 20.9% inqas għall-ustess perjodu tas-sena li għaddiet meta kien laħħaq it-€3,190.2 miljun.

L-akbar tnaqqis kien reġistrat fit-taxxa tad-dħul, bit-tnaqqis jammonta għal €235.3 miljun.

Kien irreġistrat ukoll tnaqqis mill-VAT (€177.3 miljun), mill-Grants (€84.6 miljun), mid-Dwana u s-Sisa (€84.5 miljun), mit-taxxi u multi (€59.8 miljun), u rimborsi u kirjiet (€7.7 miljuni t-tnejn li huma).

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena n-nefqa totali kienet tammonta għal €3,611.1 miljun, 16.3% aktar mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Matul dan il-perjodi l-ispiża rikorrenti kienet tammonta għal €2,965.1 miljun, żieda ta’ €298.4 miljun meta pparagunat mal-€2,666.8 miljun rapportat fl-2019. L-akbar żieda fl-infiq kienet ta’ €135.3 miljun u kienet reġistrata taħt Programmi u Inizjattivi.

Ekonomija

Sport