Sunday, November 24, 2024

Id-Deputat Speaker tilqa’ l-mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni

Aqra wkoll

Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ressaq mozzjoni sabiex fil-Parlament ikun diskuss b’mod urġenti l-aġir tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, fid-deċiżjoni tagħha, id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg qalet li: “wara li s-sedja kkonsultat mal-konsulent legali tal-Parlament sabiex tifhem aħjar l-ispirtu tal-ittra msemmija mill-Kap tal-Oppożizzjoni fejn kienet qed issir referenza għal ‘in the best interest of democracy and democratic Government of Malta’, huwa ċċara li dan il-kliem kellu jinftiehem għal governanza demokratika ta’ Malta mhux għall-Gvern tal-ġurnata.”

“Wara li kkonsultat maż-żewġ whips jekk jara li tistax tintlaħaq qbil dwar data apparti dik tal-lum fejn tista’ tiġi diskussa l-materja mqajma fid-dikjarazzjoni msemmija u wara li kkunsidrat it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, jidhrilha li taħt iċ-ċirkostanzi s-suġġett huwa ta’ urġenza definit ta’ importanza pubblika” u għalhekk laqgħetlu l-mozzjoni.

Aqra iktar: L-Oppożizzjoni titlob għal dibattitu urġenti dwar l-aġir tal-Ispeaker

Sport