Thursday, March 28, 2024

“Illum rajna l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem. Aħjar ngħidu li ġegħluh jitkellem”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela qal fil-Parlament li n-naħa tal-Gvern dejjem baqgħet konsistenti mal-messaġġ li “l-istituzzjonijiet ma nirrispettawhomx biss meta jiddeċiedu kif inkunu nixtiquhom aħna. Imma l-istituzzjonijiet tirispettahom għax temmen fihom mhux għax jagħtu deċiżjonijiet li jaqblu lilek.”

Huwa qal li jista’ jkollu ħafna riservi fuq ir-ruling mogħti mid-Deputat Speaker imma b’rispett ibaxxi rasu għalih u jimxi b’osservanza tiegħu. “Dik hi d-differenza fundamnetali,” qal il-Prim Ministru.

Huwa kompla jgħid li “llum il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar rajnieh jitkellem. Illum ħallewh jitkellem. Aħjar ngħidu li ġegħluh jitkellem. Ara ġimgħa ilu meta konna qed niddiskutu riforma tant importanti li kienet se tagħmel u se tagħmel differenza kbira fil-ħajja reali ta’ tant nies qalilna se jagħti ċans lil ħaddieħor jitkellem.

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jagħmel dak li ordnawlu biex jagħmel. Morna għat-tattika l-antika tal-PN. L-attakki fuq is-sedja. Mhix xi ħaġa li qed narawha llum. Inħarsu meta kien hemm Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kienet ir-regola tal-ġurnata.

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-lum qed jagħmel l-istess ħaġa. Il-probabbiltà hi li inti timita lill-eks Kap tal-Oppożizzjoni u n-nies se jagħtu l-istess verdett,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport