Sunday, December 22, 2024

ID-DIBATTITU DWAR IT-TIBDIL FIL-ĦIN IKOMPLI GĦADDEJ

Aqra wkoll

Għalkemm il-Parlament Ewropew ivvota biex itemm il-prattika tat-tibdil tal-ħin fl-2018, 70 pajjiż, inkluż Malta, għadna qegħdin inbiddlu l-arloġġi tagħna kull sena fil-ħarifa u fir-rebbiegħa.

Il-ħin tas-sajf, il-prattika tal-issettjar tal-arloġġi siegħa qabel għas-sajf u siegħa lura għax-xitwa, kienet ġustifikata bħala mod kif tiffranka l-enerġija. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, ir-Renju Unit u l-Ġermanja kienu implimentaw din il-bidla fil-ħin bit-tama li jibżgħu għall-faħam. Imbagħad il-miżura kienet tneħħiet fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi wara li ntemmet il-gwerra, iżda reġgħet lura fis-snin tmenin matul il-kriżi globali taż-żejt.

Illum il-ġurnata r-raġuni għaliex ħafna nies jixtiequ li nibqgħu nibdlu l-ħin tiffoka fuq il-ħaddiema u t-tfal li jeħtieġu d-dawl tax-xemx filgħodu huma u sejrin għax-xogħol jew lejn l-iskola. Mill-2002 ‘l hawn, l-Unjoni Ewropea ordnat lill-istati membri kollha biex jaġġustaw l-arloġġi tagħhom fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu u Ottubru, minbarra l-Iżlanda li hija eżentata.

Aktar tard, fl-2018, il-Parlament Ewropew ivvota biex itemm il-prattika wara li stħarriġ ta’ 4.8 miljun Ewropew wera appoġġ kbir għat-tneħħija tagħha. Studji xjentifiċi indikaw l-effetti fiżiċi u psikoloġiċi negattivi tat-tibdil ‘il quddiem u lura biex jimmarkaw il-ħin tas-sajf.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien kien qal li kien se jitwaqqaf it-tibdil fil-ħin.

Għalkemm id-deċiżjoni kellha tidħol fis-seħħ fl-2021, il-pandemija tal-Covid-19 ittardjat l-implimentazzjoni tagħha, u tefgħatha fil-qiegħ tal-aġenda politika għal ħafna pajjiżi u għalhekk għadna ma nafux x’se jiġri.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea qed ibatu wkoll biex jaqblu dwar liema żmien għandhom jadottaw. Jaqblu dwar il-bidla fil-ħin, iżda mwaħħlin dwar jekk nibqgħux fil-ħin tas-sajf jew tax-xitwa.

Filwaqt li l-Ġermanja qed titlob għall-ħin tas-sajf, il-Greċja u l-Portugall iridu jibqgħu jaqilbu bejn it-tnejn.

Huwa diffiċli tisforza lill-istati membri kollha biex jimplimentaw l-istess ħin peress li xi wħud ikollhom inqas dawl tal-ġurnata minn oħrajn. Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea, inkarigata li tesegwixxi d-deċiżjoni mill-Parlament, talbet lill-pajjiżi jallinjaw mal-ġirien tagħhom. Imma anke din ħarġet li kienet ikkumplikata.

Madwar 70 pajjiż biss fid-dinja għadhom josservaw it-tibdil fil-ħin, iżda ħafna qed jikkunsidraw li jieqfu. In-nies xebgħu jibdlu l-ħin u jdumu biex jintegraw mat-tibdil. X’se jiġri?

Ekonomija

Sport