L-ewwl dibattitu bejn Donald Trump u Kamala Harris ġie kkonfermat li se jsir fl-10 ta’ Settembru. Dan ġie kkonfermat minn ABC News fl-Istati Uniti. Dan tħabbar ukoll fuq il-pjattaforma X, hekk kif il-Ħamis filgħaxija Trump tella messaġġ li jinsab lest li jiddibatti mal-kandidata Repubblikana Harris.
Intant waqt avveniment f’Michigan, Harris ikkonfermat li se tattendi għad-dibattitu tal-ABC. Qalet ukolll li se tkun miftuħa għal dibattiti addizzjonali. Huwa mifhum li l-istess dibattitu ta’ bejn Harris u Trump, se jkun immoderat mill-editur David Muir flimkien ma’ Linsey Davis.
F’avveniment f’Detroit, Harris spjegat li tinsab ħerqana biex tiddibatti ma’ Trump u li bħalissa għaddejja bil-preparamenti meħtieġa. Il-konferma tad-dibattitu timmarka d-deċiżjoni ta’ Biden li jħalli l-kampanja presidenzjali bejn Trump u Harris fuq konfrontazzjoni ppjanata.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ħamis, Trump qal ukoll li jixtieq jiddibatti ma’ Harris darbtejn oħra. Dan ifisser li apparti d-dibattitu tal-10 ta’ Settembru, huwa jrid li jsir ieħor fl-4 ta’ Settembru fuq Fox News u ieħor fil-25 ta’ Settembru fuq NBC.