Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Id-difensur ta’ Bournemouth James Hill jieħu post Ezri Konsa fl-iskwadra tal-Ingilterra

Id-difensur ta’ Bournemouth James Hill jieħu post Ezri Konsa fl-iskwadra tal-Ingilterra

0
30

Id-difensur ta’ Bournemouth, James Hill, irċieva l-ewwel sejħa tiegħu mat-team nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra wara li Ezri Konsa ma kienx disponibbli minħabba problema fl-irkoppa. 

Il-coach Thomas Tuchel sejjaħ lil Hill biex isaħħaħ id-difiża għall-impenji li ġejjin kontra l-Kroazja u Spanja fil-UEFA Nations League. 

Hill, 24 sena, kien diġà rrappreżenta lill-Ingilterra fil-kategoriji taż-żgħażagħ u dan l-istaġun kien player regolari ma’ Bournemouth. 

Sadanittant, Konsa qed isegwi programm individwali ta’ taħriġ u jista’ jkun disponibbli għall-konfront kontra Spanja. Din hija t-tieni bidla fid-difiża Ingliża, wara s-sejħa ta’ Dan Burn minflok Marc Guehi minħabba injury.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here