Sunday, December 22, 2024

“Id-dinja qed taffaċċja l-aktar diċennju perikoluż mit-Tieni Gwerra Dinjija”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin wissa li d-dinja qiegħda taffaċċja “probabbilment l-aktar diċennju perikoluż” mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.

F’diskors li għamel il-Ħamis li għadda, huwa fittex li jiġġustifika l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, mossa li ħalliet lil pajjiżu iżolat internazzjonalment. 

Is-Sur Putin akkuża wkoll lill-Punent “b’rikatt nukleari” kontra r-Russja biex iġiegħel lill-alleati jitbiegħdu min Moska. Il-Punent iddenunzja theddid nukleari mgħottija riċentament mill-Kremlin.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-alleanza militari tan-NATO kkundannat talbiet mhux sostanzjati mir-Russja li l-Ukrajna tista’ tuża splussivi konvenzjonali mwaħħlin b’materjal radjuattiv. 

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg qal li l-membri tal-alleanza qed jiċħdu din l-allegazzjoni u li “r-Russja m’għadhiex tużaha bħala skuża għal eskalazzjoni.” 

Il-President Russu kien qed jitkellem fil-forum annwali ta’ Valdai wara sensiela ta’ telfiet militari riċenti fl-Ukrajna u rabja pubblika li kulma jmur qed tkompli tikber f’dan il-pajjiż. “Qatt ma għedna b’mod proattiv xi ħaġa dwar l-użu possibbli tar-Russja tal-armi nukleari. Aħna rrispondejna biss b’ħjiel ta’ kummenti espressi mill-mexxejja tal-pajjiżi tal-Punent,” huwa qal. 

Il-President Putin iżda wissa ripetutament li r-Russja kienet se tuża “kull mezz disponibbli” biex tipproteġi lilha nfisha, f’dik li kienet meqjusa b’mod ġenerali bħala theddida nukleari ċara.

Ekonomija

Sport