Sunday, May 19, 2024

Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li s-sensiela ta’ dokudrama ‘Storja ta’ Storja’, magħmula minn tmien episodji ma’ kittieba Maltin rebbieħa ta’ bosta premji letterarji, se tibda tixxandar esklussivament fuq TVM mis-Sibt 8 ta’ Awwissu ’l quddiem.

‘Storja’ ta’ Storja’ jiffoka fuq il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u huwa x-xogħol tal-kumpanija tal-produzzjonijiet Sajjetta, bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba li jidhru f’dis-sensiela huma Dr. Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Lou Drofenik, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan.

Kull episodju jipprovdi lill-udjenza b’għarfien aktar profond ta’ wħud mill-aktar awturi ċċelebri ta’ Malta billi jħares lejn ħajjithom u xogħlijiethom, u jinkludi intervisti mal-awturi nfushom u drammatizzazjoniijet ta’ partijiet mix-xogħol letterarju tagħhom għat-televiżjoni. L-ewwel episodju, dwar Dr. Alfred Sant u adattament ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005), jixxandar fuq TVM is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7.15pm.

Il-produzzjoni tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ ismijiet magħrufa fil-qasam awdjoviżiv lokali, fosthom Mikhail Basmadjian bħala l-protagonist fl-adattament tan-novella ta’ Loranne Vella ‘Kikkra’, Erica Muscat, Christian Galea, Antonella Axisa, u Gianni Selvaggi li għandu rwoli fl-adattamenti ta’ Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin, 2012) ta’ Alex Vella Gera, kif ukoll Silġ fuq Kemmuna.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-Produttur Eżekuttiv tas-sensiela ‘Storja ta’ Storja’ wara li fl-2019 ħareġ sejħa għall-applikazzjoni biex tiġi prodotta sensiela ta’ dokudrama li tippromwovi l-letteratura Maltija lil udjenzi ġodda. Il-kumpanija tal-produzzjoni Sajjetta rebħet il-konkors u ngħatat €80,000 biex tipproduċi s- sensiela, li hi diretta u adattata minn Charlie Cauchi u Martin Bonnici b’kitba għall-iskrin ta’ Teodor Reljiç.

Wara li jixxandru fuq TVM, l-episodji kollha ta’ ‘Storja ta’ Storja’ tkun tista’ tarahom fuq il-paġna tal-KNK fuq Youtube.

Għal aktar dettalji dwar ‘Storja ta’ Storja’ u inizjattivi oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb żur https://ktieb.org.mt/ u l-paġna Facebook tal-KNK.

Din hija l-paġna uffiċjali tas-sensiela ta’ dokudrama ‘Storja ta’ Storja’.

Gwida għal kull episodju

Is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 13 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 1 – Alfred Sant
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005)

Is-Sibt 15 ta’ Awwissu fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 20 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 2 – Loranne Vella
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ ‘Il-Kikkra’ mill-ktieb mill-bieb ’il ġewwa (EDE, 2019)

Is-Sibt 22 ta’ Awwissu fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 27 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 3 – Immanuel Mifsud
Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Il-Ħadd’ mill-ktieb Stejjer li kellhomx jinkitbu (Klabb Kotba Maltin, 2008)

Is-Sibt 29 ta’ Awwissu fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 3 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 4 – Clare Azzopardi
Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Lily’ mill-ktieb Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014)

Is-Sibt 5 ta’ Settembru fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 10 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 5 – Alex Vella Gera
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin Publishers, 2012)

Is-Sibt 12 ta’ Settembru fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 17 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 6 – Lou Drofenik
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz The Reluctant Healer (Horizons, 2018)

Is-Sibt 19 ta’ Settembru fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 24 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 7 – Maria Grech Ganado
Jinkludi drammatizzazzjoni tal-poeżija ‘Bolero’.

Is-Sibt 26 ta’ Settembru fis-7.15pm (b’repetizzjoni l-Ħamis 1 ta’ Novembru fit-8.15pm fuq TVM2)
Episodju 8 – Walid Nabhan

Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Sodda No. 18’ mill-ktieb Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (Klabb Kotba Maltin, 2009)

Sport