Friday, May 3, 2024

Id-Dwana b’qabda ta’ 270kg kokaina fil-Freeport

Aqra wkoll

Minn eżerċizzju ta’ profiling li sar fit-Terminal tal-Freeport, fejn ġew magħżula u scannjati diversi kontejners, irriżulta li fi tnejn minnhom kien hemm xi inkonsistenzi u għaldaqstant kellha ssir tfittxija mill-uffiċjali fihom.

Il-kontejners kienu mimlija bil-banana u kienu waslu f’pajjiżna mill-Ekwador u kienu fi triqthom lejn Koper, l-Islovenja. Bl-għajnuna tal-uffiċjali tal-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, l-uffiċjali tad-dwana ħattew il-merkanzija u rkupraw 170 pakkett minn kontejner u 100 pakkett minn kontejner ieħor. Kull pakkett kien jiżen kilo u fihom instab li kien hemm sustanza suspettata kokaina.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sport