Tuesday, April 23, 2024

Id-dwana b’qabda ta’ kważi 50,000 sigarett tal-kuntrabandu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-uffiċjali tad-dwana qabdu total ta’ 48,620 sigarett tal-kuntrabandu u 211.38 Kilo ta’ tabakk tal-brim illegali minn garaxx f’Birkirkara.

Ir-raġel instab qed jgħabbi sigaretti minn garaxx ġo Peugeot Partner waqt operazzjoni ta’ tfittxija minn uffiċjali tad-Dwana.

Meta mistoqsi dwar l-oriġini tal-oġġetti inkwistjoni, ir-raġel qal li kien xtara s-sigaretti mingħand fornitur lokali, iżda għażel li ma jidentifikahx. 

 Fi stqarrija maħruġa mid-dwana ntqal li hu stmat li l-akkużat ma ħallasx total ta’ kważi €42,000 f’taxxi dovuti.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport