Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Valletta fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur tat-tip Kawasaki meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard irriżulta li kien sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Sport