Thursday, April 18, 2024

“Tfajt dan ir-ritratt għax hekk niftakrek ħabib”

Bosta maħsudin bl-aħbar tal-mewt ta' Karl Muscat

Aqra wkoll

Bosta jinsabu maħsudin bl-aħbar tal-mewt ta’ Karl Muscat li nstab mejjet aktar kmieni f’residenza fis-Swieqi. Fost l-ewwel reazzjonijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li jinsab maħsud bl-aħbar tal-mewt tal-Avukat Muscat. Attard qal li filwaqt li jinnota l-ewwel stqarrijiet tal-kelliem tal-pulizija, il-pubbliku għandu juri rispett lejn il-familjari u lejn l-investigazzjoni li għaddejja.

Konrad Borg Manche qasam dwar l-esperejnza ta’ studju u li kienu flimkien fil-kors tal-liġi. Dwar Karl, huwa qal li kien persuna intergra u tal-affari tiegħu. “Tfajt dan ir-ritratt għax hekk niftakrek ħabib sakemm nerġgħu niltaqgħu”, temm Manche. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddeskriva lil Muscat bħala raġel ġentili u prudenti. Grech fakkar dwar id-diskussjonijiet li kien ikollhom dwar ix-xogħol legali u anke l-politika, fejn kemm-il darba tkellem miegħu b’nostalġija dwar missieru, l-eks Deputat Nazzjonalista Pierre Muscat.

Karl Muscat ta’ 43 sena kien jaqdi l-irwol ta’ Avukat Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Muscat kien involut fil-prosekuzzjoni f’każi jaħarqu fosthom kontra Yorgen Fenech; akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll fil-każ kontra Ryan Schembri, li kien imexxi l-More Supermarket u ħarab  mill-pajjiż fl-2014 wara li akkumula dejn kbir ta’ madwar €40 miljun. 

Muscat kien ukoll Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fejn kien ġie elett f’din il-kariga fl-elezzjoni tal-2019. Huwa kien irriżenja minn din il-kariga biex ikun jista’ jaħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

Ekonomija

Sport