Thursday, April 18, 2024

“Joseph kien imur għax-xogħol dejjem jitbissem” 

Inawgurat mafkar għal Joseph Ellul

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’kumment lil talk.mt, il-maħbuba tal-mibki Joseph Ellul qalet li l-idea li l-Waste Serv tpoġġi mafkar għalih hija xi ħaġa li hi u l-qraba japprezzaw immens. Bernice Bugeja qalet li hija xi ħaġa verament sabiħa għax Joseph dejjem kien imur għax-xogħol dejjem kuntent u tajjeb li l-Waste Serv ħallew il-memorja ta’ Joseph minquxa fuq mafkar bħal dan, speċjalment meta l-mafkar huwa rappreżentazzjoni tal-ħidma tant siewja ta’ dawn il-ħaddiema.

Inawgurat mafkar għal Joseph Ellul – il-Ħaddiem li tilef ħajtu traġikament fl-impjant tal-Marsa

Fit-tieni parti tal-inawgurazzjoni,  Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca spjega li l-ħaddiem tal-Waste Serv għandu xogħol skabruż u ’l bogħod mill-glorja. Spjega li waqt il-Covid-19, il-ħaddiema ma kellhomx lockdown u ma kienx hemm ħin li fihom ma komplewx bil-ħidma tagħhom. Fakkar dwar il-mewt ta’ Joseph Ellul, u ddeskriva l-mument bħala l-iktar mument diffiċli fl-għoxrin sena tal-WasteServ.

“L-importanza tal-ħaddiema u kemm huma viċin xulxin għadni naraha kull ġimgħa meta nżur l-impjant tal-Marsa, b’ħaddiema jaqsmu miegħi episodji li għexu ma’ Joseph”, kompla biex jgħid Bilocca filwaqt li appella biex in-nies jirrispettaw iżjed il-ħidma tal-ħaddiema li ta’ kuljum jimpenjaw ruħhom biex jagħtu l-aħjar servizz lill-pubbliku.

Joseph Ellul, magħruf bħala x-Xlukkajr, huwa l-ħaddiem li sfortunatament tilef ħajtu fl-10 ta’ Mejju li għadda f’inċident fl-inċineratur tal-Wasteserv tal-Marsa. Huwa kellu 38 sena u kien deskritt minn bosta bħala ħaddiem ħabrieki u eżemplari fuq xogħlu.

Ekonomija

Sport