Thursday, April 25, 2024

Erik ten Hag jikkritika bl-aħrax l-attitudni ta’ Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, ikkritika bl-aħrax l-attitudni ta’ Cristiano Ronaldo, wara li nhar is-Sibt li għadda, eżatt kif ġie ssostitwit fil-logħba ta’ ħbiberija kontra Rayo Vallecano, huwa telaq minn Old Trafford.

Ten Hag kien irrabjat għal din il-mossa fejn iddeskriviha bħala “inaċċettabbli”. Huwa sostna li bħala team kulħadd irid jibqa’ sal-aħħar flimkien.

Jidher li r-relazzjoni bejn il-coach Olandiż u l-attakkant Portugiż hija ferm ħażina mingħajr għadha ma bdiet!

U Ronaldo mistenni li jkun fuq il-bank tas-sostituti fl-ewwel partita tal-Premier League kontra Brighton.  

Sport