Uffiċjali tad-dwana Maltija stazzjonati fl-Uffiċċju tal-Merkanzija interċettaw pakkett li kien fih kilo marijuana.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-pakkett kien indirizzat lejn residenza f’Malta.
Il-pakkett kien jikkonsisti f’borża tal-plastik li fiha kien hemm żewġ envelopes li kull wieħed minnhom kien fih nofs kilo sustanza suspettuża.
Testijiet li saru fuq il-kontenut irriżultaw fil-pożittiv għall-marijuana.