Wednesday, July 24, 2024

Idao De Tillard inaqqax ismu fl-Amerique

Aqra wkoll

Misjuq miż-żgħażugħ Franċiż Clement Duvaldestin, Idao De Tillard rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-famuża Grand Prix d’Amerique li saret fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza fuq distanza ta’ 2700m u bil-bidu bil-waqqaf.

B’kollox ġrew tmintax -il żiemel f’din it-tiġrija b’Idao De Tillard ikun għal ħafna metri quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel f’medja ta’ 1.11.6”.

Għal Duvaldestin dan kien l-ewwel suċċess fl-Amerique li saret quddiem attendenza ta’ aktar minn 40000 spettatur fosthom mijiet ta’ Maltin.   

Ekonomija

Sport