Saturday, May 18, 2024

Ideat kif nistgħu ngħaddu l-ħin flimkien u ngħinu l-ambjent

Aqra wkoll

MILL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT AARON FARRUGIA

Bħalissa pajjiżna għaddej minn żminijiet iebsin fejn kulħadd jinsab imħasseb għall-futur. Dan ukoll huwa żmien fejn qed nirrealiżżaw kemm importanti li ngħatu każ l-ambjent tagħna u kemm hu vulnerabbli bl-inqas ċaqliqa.  Ħafna minnkom qegħdin id-dar mat-tfal jaraw kif ser jgħaddu il-ħin.  Għaldaqstant xtaqt naqsam magħkhom ftit ideat fejn tistgħu tgħaddu ftit ħin flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinu l-ambjent ta’ pajjiżna.

Meta niġu għal proġetti żgħar ta’ crafts, xejn ma huwa barra mil-limiti.  Bi ftit immaġinazzjoni, wieħed jista’ juża dak li jsib madwaru biex joħloq affarijiet sbieħ. Minn buttuni farradin sa intitef tad-drapp, jistgħu b’xi mod jinbidlu f’oġġetti ġodda fjamanti. Mhux biss hekk imma ukoll tkun qed tgħin biex tnaqqas l-iskart ġo darek u milli jintbgħat ġewwa il-landfills.  M’għandniex xi ngħidu, ir-riċiklaġġ ta ’ċerti materjali bħall-karta u vażetti vojta huwa ċertament mod biex inkunu daqsxejn iktar ekoloġiċi. Madankollu, li ssib mod kif terġa’ tuża dawn l-oġġetti billi ttihom it-tieni (jew saħansitra t-tielet) ħajja tieħu s-sostenibbiltà tiegħek għal-livell li jmiss. Dawn huma biss ftit idejat li wieħed jista’ jgħamel:

Kartolini bil-buttuni mfarda

Kemm il-buttuna għandna id-dar tiġri li tkun inqatgħet minn xi qmis jew flokk u baqgħet hemm ġewwa xi kexxun? Idea ħelwa hija li nlestu ftit kartolini li nistgħu nużaw għall-okkazzjonijiet matul is-sena  – bħal birthdays, l-Għid, kartolini b’messaġġi ta nkoraġġiment għan-nanniet, il-Milied, eċċ.  Il-buttuni jistgħu jinħietu fuq tpinġija li jagħmlu it-tfal f’forma ta’ kartolina u b’hekk tkun qed tgħati dehra tridimensjonali lil kartolina tagħhom.

Tisbieħ b’xemgħa u kikkri antiki

Kemm il-xemgħa għandna d-dar li kważi spiċċat jew waslet fl-aħħar? Idea tajba tkun li kieku niġbruhom flimkien, iddewwbuhom u jkollna xemgħa oriġinali.  Dawn jistgħu jitpoġġew ġo xi kikkra ftit imxaqqa u b’hekk issib mod perfett biex tpoġġi l-kollezzjoni ta’ tazzi antiki tiegħek għall-użu minflokk tarmihom.

Timbri bit-tappijiet tas-sufra

Żgur li forsi f’dawn iż-żminijiet il-konsum ta’ l-inbid qed jiġi apprezzat iktar.  It-tappijiet tas-sufra jintremew bl-inqas ħsieb.  Imma jekk naqtgħu xi disinn fis-sufra dawn jistgħu jiġu timbri ħelwin li jistgħu jintużaw bħala dekorazzjoni tal-karti.  Dawn il-karti jistgħu jintużaw bħala wrapping paper jew anki biex iżżommu lit-tfal okkupati fil-krejazzjonijiet tagħhom. 

Pjanti fil-fliexken tal-plastik

Persważ li uħud minna għandna xi ħajt vojt fil-bitħa u ma nafux x’se nagħmlu bih, jew xi fliexken tal-plastic li huma għar-rimi. Idea biex nużaw dawn il-fliexken hija li nużawhom flok planters. Kull ma jkun jonqosna biex issebbħu din il-kreazzjonijiet huwa ftit żerriegħa u ftit żebgħa biex issebbaħ il-planter. Din iż-żebgħa tista’ ssir b’mod naturali anka mill-scraps ta’ l-ikel. F’kemm trodd salib tagħti dehra oħra, oriġinali u sabiħa lil bitħa tiegħek. 

Bird feeder bil-Kartun tal-Ħalib

It-tfal jistgħu jużaw il-kartuna tal-ħalib b’ilma nadif frisk biex l-għasafar ikunu jistgħu jiġu u jixorbu minnu.  Hija ħaġa sempliċi li tressaqna dejjem viċin tan-natura. Ftit toqob, spaga u naqra ilma u taraw il-bitħa jew gallerija li għandkhom tieħu il-ħajja.

Kompost fil-Flixkun

Il-kompost huwa t-tkissir naturali ta’ materjali organiċi bħal fdal ta’ frott u ħxejjex, weraq, u ħaxix ieħor. Il-kompost jista’ jservi ta’ mod prattiku kif it-tfal tagħna jitgħallmu jnaqqsu l-iskart billi jagħmlu xi ħaġa utli b’materjali li kieku jintrema u jifhmu l-benefiċċju tiegħu. Il-kompost huwa meraviljuż għall-iskart tal-ġnien, bħal qoxra tal-frott u ħaxix, qxur tal-bajd, u bażi tal-kafè.  It-tfal jistgħu jgħinu jiġbru l-oġġetti li jistgħu jiddaħħlu fil-bin tal-kompost. Din hija verżjoni iżgħar ta kif isir il-kompost pero hija uttli ħafna biex jitnaqqas iż-zibel mill-mizbla.

F’mumenti bħal dawn, hija l-ġenwinitá u l-pożittivitá tat-tfal li ttina aktar kuraġġ biex inkomplu naħdmu. Huwa żmien diffiċli fejn ħafna tfal qed jispiċċaw jiddejjqu d-dar iqattgħu l-ġranet madwar l-istess erba’ ħitan. Nifhimhom għaliex barra mid-dar għandek il-libertá li tagħmel ħafna affarijiet.

Fi żmien ta’ kriżi bħal dan għandna naraw kif naħdmu flimkien mat-tfal tagħna biex mhux biss  inqattgħu l-ħin magħhom imma nużaw il-ħin b’mod utli. Dawn il-crafts għandhom jgħinu biex jokkupaw lit-tfal tul dan iż-żmien filwaqt li naħdmu kollettivament favur ambejnt aħjar f’pajjiżna b’mod divertenti.

Sport