Sunday, December 29, 2024

Identifikat żeffien Ingliż li miet fuq l-ajruplan li ġġarraf fin-Nepal

Aqra wkoll

Il-komunità tal-ballet madwar l-Ewropa tinsab maħsuda bl-aħbar ta’ żeffien Ingliż li fl-aħħar sigħat kien ikkonfermat bħala wieħed mill-vittmi li tilfu ħajjithom fl-inċident tan-Nepal.

L-inċident, li ħasad il-ħajja ta’ 72 persuna, seħħ il-Ħadd li għadda. L-ajruplan, li kien jifforma parti mill-flotta tal-Yeti Airlines, kien qiegħed jivvjaġġa minn Kathmandu lejn ir-raħal turistiku ta’ Pokhara meta ġġarraf fl-inżul u nħakem minn nirien.

L-uffiċjali tan-Nepal għall-bidu qalu li Ruan Calum Crighton kien mill-Irlanda, però iżjed tard il-mexxejja tar-Renju Unit ikkonfermaw li l-vittma huwa Ingliż.

Il-Midja Ingliża Metro qalet illi skont rapporti ta’ min jorbot fuqhom, jidher li ż-żeffien miet f’Pokhara jum biss wara li għalaq 34 sena.

S’issa għadu mhux magħruf x’kien li kkawża t-tiġrif tal-ajruplan.

Ekonomija

Sport