Saturday, December 28, 2024

Identifikati l-vittmi tal-isparatura f’Louisville fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ġew identifikati l-ħames persuni li nqatlu fl-isparatura li seħħet fl-Old National Bank, f’Louisville, Kentucky, nhar it-Tnejn li għaddiet fit-8:30 a.m. (ħin lokal), nofs siegħa biss qabel il-ħin tal-ftuħ tal-istess fergħa. Apparentament il-vittmi kienu għaddejjin b’laqgħa l-bank stess.

L-erba’ vittmi kif ukoll l-aggressur kienu impjegati tal-imsemmi bank: Thomas Elliott (magħruf minn bosta bħala Tommy), raġel ta’ 63 sena; James Tutt ta’ 64 sena; Joshua Barrick ta’ 40 sena; u Juliana Farmer li kellha 45 sena.

James Tutt. Ritratt: LinkedIn
Thomas Elliott. Ritratt: LinkedIn

L-aggressur, li iktar tard ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 23 sena u li jismu Connor Sturgeon, inqatel fil-post fejn seħħet l-isparatura waqt intervent mill-pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Connor Sturgeon. Ritratt: LinkedIn

Disa’ persuni oħra sofrew xi ġrieħi u kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura meħtieġa. Fosthom kien hemm żewġ uffiċjali tal-pulizija, b’wieħed minnhom jinsab f’qagħda kritika.

Nickolas Wilt. Ritratt: Louisville Metro Police Department

L-imsemmi uffiċjal, Nickolas Wilt ta’ 26 sena, gradwa mill-akkademja tal-pulizija inqas minn ġimagħtejn qabel ma seħħ dan il-massakru. Skont il-Kap tal-Pulizija, Wilt intlaqat minn bullet f’rasu u kawża ta’ dan kellu jsirlu intervent mediku.

Ekonomija

Sport