Tuesday, May 14, 2024

Tiżdied l-importazzjoni imma tonqos l-esportazzjoni fi Frar

Aqra wkoll

Fi Frar li għadda, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €257.5 miljuni. Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

L-istatistika turi li fi Frar 2023, l-importazzjoni żdiedet bi €13.5 miljuni filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi €38.1 miljun.

Fl-ewwel xahrejn tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €636.2 miljuni (51.0% tal-importazzjoni kollha).

L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar u Frar 2023 irreġistrat żieda ewlenija mir-Renju Unit (€75.1 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Italja (€38.0 miljun).

Min-naħa l-oħra, fl-ewwel xahrejn tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€72.5 miljuni), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€43.0 miljun).

Sport