Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 94 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 215 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,504.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 794 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Tnejn u t-Tlieta ma kienx hemm l-ebda każ ta’ mewt relatat mal-virus.