Tuesday, April 30, 2024

Ifiqu aktar minn tliet darbiet mill-każi ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,346 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 82 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 293 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,333.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 37 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 30 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm ħamsa li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 423 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 765,417-il doża. Minn dawn 401,644 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 387,400 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport