L-aqwa seed Iga Swiatek ġiet eliminata mill-Australia Open wara li fir-raba’ round tilfet kontra ċ-champion ta’ Wimbledon, Elena Rybakina.
Rybakina, li hija ssidjata fit-22 pożizzjoni, kienet fl-aqwa tagħha biex irreplikat il-wirjiet li rawha tirbaħ fl-All England Club, f’Lulju li għadda.
Kontra Swiatek il-Kazakaka reġgħet uriet kif tirbaħ fl-ogħla palk meta lagħbet b’fiduċja u b’qawwa f’rebħa 6-4 6-4 f’Melbourne Park.
Inqas minn nofs siegħa wara, Coco Gauff tilfet 7-5 6-3 kontra Jelena Ostapenko.
Is-seba’ seed Amerikana Gauff, ta’ 18-il sena, kienet fost il-favoriti għat-titlu iżda ġiet megħluba mis-17-il seed mil-Latvja.
Rybakina ta’ 23 sena issa tilgħab kontra l-eks champion tal-French Open, Ostapenko, fil-kwarti-finali minflok il-logħba bejn Swiatek u Gauff li bosta bassru li kienu se jikkwalifikaw għal dan ir-round hekk kif kienu l-favoriti li jagħmlu dan.