Wednesday, April 24, 2024

Il-katavru ta’ Pelin iħalli Malta llejla – il-gvern iħallas l-ispejjeż kollha inkluż tal-funeral

Aqra wkoll

Il-katavru ta’ Pelin Kaya, it-tfajla Torka li tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza nhar l-Erbgħa li għadda fil-Gżira, se jittieħed fit-Turkija għad-difna iljela. Hi se tkun qeigħda tittieħed lejn pajjiżha permezz tat-Turkish Airlines

Il-familja fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu qalet li ommha u missierha se jkunu qegħdin jistennewha tasal lura, sfortunatament mejta. Il-ġenituri tagħha tant kemm kienu devastati b’dak li ġara li ma felħux jiġi Malta.

Il-qraba rringrazzjaw lill-awtoritajiet Maltin biex f’qasir żmien il-katavru ta’ Pelin ikun jista’ jittieħed lura lejn it-Turkija. Huma rringrazzjaw b’mod speċjali lill-Gvern ta’ Malta li se jkun qiegħed iħallas l-ispejjeż kollha kemm tal-funeral u anke biex il-katavru jittieħed lura.

Il-familja tagħha rringrazzjat ukoll lit-tim legali tagħha f’Malta, lill-konsulenti tagħha fit-Turkija, lill-Ambaxxata Maltija fit-Turkija, u lill-Ambaxxata Torka f’Malta.
Qalet li l-vġili tal-bieraħ kien mument sinifikanti għaliha u tinsab grata għas-solidarjetà li wera magħhom il-poplu Malti.

Il-qraba temmew jgħidu li Pelin Kaya se tħalli Malta għal aħħar darba, iżda għandhom tama li tibqa’ ħajja bil-ġustizzja li għad trid issir magħha.
B’rabta ma’ dan il-każ, tressaq il-Qorti Jeremie Camilleri li ġie mixli bl-omiċidju volontarju tal-vittma.

Sport