Saturday, May 4, 2024

Serie A: Pass ieħor minn Napoli lejn ir-rebħ tal-Iscudetto

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, il- leaders Napoli  marru għand Salernitana u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew ikabbru l-vantaġġ għall-12-il punt fil-quċċata u b’hekk għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tat-titlu. 

Peró huma lagħbu partita aktar hekk kif l-eqreb rivali, Milan, proprju nhar it-Tlie­ta jirkuprawha barra minn darhom kontra Lazio. 

Il-Partenopei mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva iżda kellhom jistennew sal-45 minuta biex fetħu l-iskor minn Giovanni Di Lorenzo u proprju fit-48 minuta Victor Osimhen irdoppa għat-team immexxi mill-coach Luciano Spalletti. 

Verona v Lecce – Verona laqgħu lil Lecce u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biex irreġistraw mill-aktar importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għas-salvazzjoni. 

Il-goals ġew skorjati wie­ħed f’kull taqsima. 

Peró, fis-17-il minuta, Verona fetħu l-iskor minn Kevin Lasagna iżda ġie annullat minħabba pożizzjoni ta’ offside. 

Madankollu ħames mi­nuti minn tmiem l-ewwel taqsima Fabio Depaoli fetaħ l-iskor minn daqqa ta’ ras biex fl-54 minuta Darko Lazovic irdoppja minn pożiz­zjoni angolata. 

Sport