Saturday, May 18, 2024

Buzz Aldrin it-tieni raġel li mexa fuq il-qamar reġa’ żżewweġ fl-età ta’ 93 sena

Aqra wkoll

Buzz Aldrin li 1969 kien it-tieni persuna wara Neil Armstrong li mexa fuq il-qamar, reġa’ żżewweġ fl-età ta’ 93 sena. Hu żżewweġ lil Anca Faur f’ċerimonja li saret f’Los Angeles. Dan hu r-raba’ żwieġ għal Aldrin u fl-ewwel kummenti li ta wara li żżewweġ lil Faur qal li qed iħossu l-aqwa żagħżugħ.

Aldrin hu l-unika persuna li għadu ħaj li jista’ jgħid li mexa fuq il-qamar. Għalkemm għandu 93 sena hu qal li din il-mara li żżewweġ hija l-mara ta’ ħajtu

“Meta qed niċċelebra d-93 sena minn twelidi, nista’ naqsam magħkom l-aħbar li jien u Dr Anca Faur iżżewiġna” kiteb Aldrin fuq Twitter.

Il-mara l-ġdida tiegħu għandha 63 sena u għandha Dottorat fl-inġinerija kimikali.
Kien fl-1969, aktar minn 600 miljun persuna raw b’għajnejhom lil Neil Armstrong u Buzz Aldrin jimxu fuq il-qamar hekk kif kienu parti mill-missjoni ta’ Apollo 11.

Sport