Sunday, May 5, 2024

Birkirkara jdawru telfa f’rebħa b’10 players

Aqra wkoll

Floriana……………..1

Birkirkara…………..2

Birkirkara dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Floriana, u dan għalkemm lagħbu bi player anqas għal kważi taqsima sħiħa.

Kienu l-Greens li ħarġu fuq l-offenisva meta wara biss sitt minuti Kemar Reid ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Nava iżda l-goalkeeper tal-Istripes, Giacomo Nava dawwar tajjeb f’corner. Il-Greens komplew jattakkaw u erba’ minuti biss wara, konklużjoni fil-baxx ta’ Mattia Veselji ġiet salvata minn Nava.

Birkirara wieġbu fl-20 minuta meta Paul Mbong indirizza cross fil-kaxxa, b’Kevin Tulimieri jniżżel il-ballun lejn Enzo Daniel Cabrera iżda ma jirnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Istripes ħarġu fuq l-offensiva u u fis-47 minuta Cabrera laqat il-lasta il-lasta wara xutt devjat ta’ Simon Zibo li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Greens, Georgi Kitanov.

Dan sabiex fil-50 minuta, l-Istripes qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa għalihom Kevin Tulimieri wara li rċieva ammonizzjoni doppja fil-partita, bit-tieni karta safra jirċeviha wara foul li wettaq fuq Aleandro Garcia.

Kienu Floriana li fetħu l-iskor fis-70 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ De Grazia, OAULID EL HASNI, minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Madankollu, tliet minuti biss wara, Birkirkara għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt mill-isbaħ ta’ ENZO DANIEL CABRERA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.

U għalkemm b’10 players, Birkirkara, skorjaw il-goal tar-rebħa fit-88 minuta meta xutt ta’ ALEX DA PAIXAO ALVES ġie devjat minn Zachary Cassar u ntemm ġewwa.

Floriana:- 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (11-James Scicluna 89), 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 7-Mattia Veselji (77-Aleandro Garzia 75), 8-Kemar Reid, 10-Jose Ulies Arias, 20-Matias Nicolas Garcia (30-Jan Busuttil 58), 24-Lorenzo De Grazia, 25-Lorenzo Trillo (9-Andrei Ciolacu 75), 28-Emiliano Callegari Coach: Gianluca Atzori


Birkirkara:- 1-Giacomo Nava, 2-Osavaldo Iorio (6-Diego Pires dall’Oca 82), 5-Enrico Pepe, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (11-Kurt Zammit 60), 20-Matteo Fedele (7-Alex Da Paixao Alves 60), 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (9-Jed Valletta 82), 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri Coach: Giovanni Tedesco


Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Duncan Sultana, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers: O. El Hasni 70 (F), E. D. Cabrera 73, A. Da Paiaxo Alves 88 (B)

Tkeċċa: K. Tulimieri 51 (B)

Ammonit: O. El Hasni, K. Reid, M. N. Garcia (F), G. Nava, E. D. Cabrera, A. Coppola, K. Tulimieri (2) (B)

Player tal-Logħba: Kemar Reid (F)

Sport