Thursday, April 10, 2025

Iġġieldet għall-ħaddiema biex jingħataw żieda għal  paga minima… spiċċat ittorturata, stuprata u maqtula

Aqra wkoll

Bħal-lum, 10 ta’ April 1969, twieldet l-attivista Indoneżjana  Marsinah. Hi twieldet fi Nglundo fil-lvant ta’ Java.

Fl-iskola hi kienet studenta tajba ħafna u dejjem kienet tiġi minn ta’ quddiem. Biss ma kellhiex biżżejjed flus biex tattendi l-Università u għalhekk marret lejn belt oħra u eventwalment sabet xogħol f’fabbrika tal-arloġġi f’Porong.

F’April tas-sena 1993, il-Gvernatur fil-lvant ta’ Java kien żied il-paga minima b’20 fil-mija. Ġara imma li l-kumpanija li kienet taħdem magħha Marsinah irrifjutat li tagħti din iż-żieda. Marsinah u madwar 500 ħaddiem ieħor ħarġu fuq strajk. Il-ġurnata ta’ wara huma bdew sit in fil-fabbrika. Il-management  beda negozjati li kienu jinkludu lil Marsinah, fejn hi kienet ir-rappreżentanta tal-ħaddiema.

Fil-5 ta’ Mejju, 13-il ħaddiem keinu imsejħin mill-militar u dawn intalbu jiffirmaw ittri ta’ riżenja. Marsinah marret fil-kwartieri militari biex tara x’kien ġara mill-kollegi tagħha. Hi iżda sparixxiet.

Ġisimha instab tlett ijiem wara. Instab li hi kienet ittorturata, imsawwta, stuprata u maqtula. L-Indonesian Legal Aid Foundation temmen li Marsinah aktarx inqatlet mill-armata.  Sa issa ħadd ma tressaq akkużat bil-qtil tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport