Wednesday, December 25, 2024

Igor Tudor jinħatar coach ta’ Lazio

Aqra wkoll

Lazio ħatru lill-Kroat Igor Tudor bħala l-coch il-ġdid tagħhom wara r-riżenja ta’ Maurizio Sarri.

Sarri, ta’ 65 sena, irtira mill-pożizzjoni tiegħu nhar l-Erbgħa wara sofrew il-ħames telfa f’sitt logħbiet.

L-assistent coach, Giovanni Martusciello, ħa l-inkarigu għar-rebħa ta’ 3-2 tas-Sibt fi Frosinone.

Tudor ta’ 45 sena, li fl-istaġun li għadda mexxa lil Marseille, spiċċa fit-tielet post f’Ligue 1, kien fir-responsabbiltá ta’ Udinese kif ukoll ta’ Hellas Verona fis-Serie A.

Huwa lagħab ukoll fl-ogħla Taljana għal Juventus bejn l-1998 u l-2007.

L-ewwel logħba ta’ Tudor fit-tmexxija hija fit-30 ta’ Marzu meta Lazio, li jinsabu fid-disa’ post tass-Serie A b’distakk ta’ erba’ punti mill-postijiet ta’ kwalifikazzjoni Ewropej, jilqgħu lil Juventus.

Huma se iffaċċjaw ukoll lil Juventus fis-semi-finali tal-Coppa Italia, ix-xahar id-dieħel.

Ekonomija

Sport