Sunday, December 22, 2024

Ikkritikat bil-qawwa wara li qal li n-nies qed tibża’ żżejjed mill-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju tas-Saħħa fir-Renju Unit Sajid Javid kien ikkritikat bil-qawwa wara li qal li n-nies m’għandhomx jibqgħu jibżgħu mill-coronavirus.

Il-Partit Laburista qal li din l-istqarrija tiegħu turi nuqqas ta’ rispett lejn dawk li osservaw il-miżuri bil-għan li jipproteġu lil ħaddieħor filwaqt li l-Liberali Demokratiċi stednitu jitlob apoloġija lill-poplu b’mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli li kellhom jilqgħu aktar minn ħaddieħor minħabba l-pandemija.

Javid irriżulta pożittiv fls-17 ta’ Lulju u kawża t’hekk kellhom jidħlu f’perjodu ta’ kwarantina kemm il-Prim Ministru Boris Johnson kif ukoll l-Kanċillier Rishi Sunak.

Javid ikkonferma li hu kien irċieva ż-żewġ dożi qabel irriżulta pożittiv u li bis-saħħa tal-vaċċin huwa rnexxielu jirkupra kompletament mill-virus.

Ekonomija

Sport