Saturday, May 18, 2024

Ikkonfermata t-tieni mewġa ta’ sħana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont is-sit tat-tbassir tat-temp It-Temp Madwarna, l-aħħar mudelli tat-temp jikkonfermaw mewġa oħra twila u qalila ta’ sħana tremenda minn fuq id-deżert fl-eqqel parti tas-sajf.

Skont informazzjoni ppubblikata fil-paġna tagħhom fuq Facebook, it-temperaturi massimi mil-lum se jkunu dejjem iżjed minn 35°C, filwaqt li dawk minimi mhux anqas minn 25°C.

L-ewwel ġimgħa t’Awwissu 2021 imbassra li tkun saħansitra aktar qalila; ġimgħa rekord għall-gżejjer Maltin b’temperaturi kuljum iżjed minn 40°C u viċin ħafna li jinkiser ir-rekord nazzjonali ta’ 44°C.

Sport