Monday, May 13, 2024

Raġel jindarab gravi wara ħabta bejn erba’ vetturi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot 207 misjuqa minn Taljan ta’ 40 sena li jgħix l-Imsida, Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Marsaskala, Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 68 sena li jgħix tas-Sliema u Suzuki Baleno misjuqa minn Libjan ta’ 54 sena residenti l-Gżira. Raġel ta’ 38 sena li jgħix Marsaskala kien passiġġier fil-karozza Honda. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza u ambulanza li ħadet lir-raġel Libjan l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrewx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 

Sport