Friday, March 21, 2025

Ikompli it-Teatru Politiku ta’ Donald Trump….issa b’ordni li turi piani biex iżarma id-Dipartiment tal-Edukazzjoni

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump se jkun qiegħed iwettaq wegħda oħra mill-ammont ta’ wegħdiet li għamel fil-kampanja Presidenzjali. Dan se jkun qed iseħħ billi iiffirma ordni eżekuttiva, liema ordni turi il-President tal-Istati Uniti għandu l-ħsieb li jibda żarma d-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dan biex  ​​iwettaq aspirazzjoni Repubblikana li ilha teżisti, dik li  jqassam il-funzjonijiet tiegħu fost l-Istati u “jirritorna s-setgħa lill-ġenituri” fuq l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom.

L-Ordni li ffirma Trump titlob lil Linda McMahon, is-Segretarju tal-Edukazzjoni li għadha kif inħatret, biex tibda tiżżarma d-dipartiment, għalkemm dan mhux kompletament taħt il-kontroll tagħha, peress li jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Kungress u hemm bżonn 60 vot fis-Senat. Kollox jindika li minkejja l-pjani ta’ Trump ir-riżultat hu improbabbli ħafna peress li r-Repubblikani, li jikkontrollaw għandhom  53 siġġu fis-Senat. Hu meqjus li l-ebda membru tal-Partit Demokratiku mhu se jappoġġja mozzjoni bħal din. Għalhekk, id-deċiżjoni ta’ Trump tkompli iżżid it-teatru politiku li sar karatteristika tal-White House minn meta rritorna fil-poter.

Dak li jista’ jagħmel McMahon minflok huwa jnaqqas id-Dipartiment tal-Edukazzjoni għad-daqs minimu u s-setgħa tiegħu fil-limiti tal-liġi; jiġifieri, tneħħiha minn xi wħud mill-funzjonijiet tagħha biex partijiet oħra tal-amministrazzjoni jkunu jistgħu jamministrawhom, li żgur ser iqanqal reazzjoni fil-qrati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport