Thursday, December 26, 2024

Ikomplu d-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ bħala l-MUT iddikjaraw li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT iddikjarat li laqqgħet il-Kunsill tagħha. Żiedet tgħid li immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-gvern. Din il-laqgħa kienet inkonklussiva u għaldaqstant l-MUT ser tkompli għaddejja llum bid-diskussjonijiet, inkluż laqgħa oħra tal-Kunsill tagħħha illum tard wara nofsinhar.

L-MUT temmet tgħid li tifhem l-urġenza għal ċertezzi u qiegħda tagħmel dak kollu possibbli f’dan l-istadju delikatu. kkonfermat li se tkun qiegħda taġġorna immedjatament mal-ewwel ħjiel ta’ żviluppi b’rabta mas-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport