Wednesday, March 27, 2024

Żewġ anzjani minn residenzi tal-anzjani separati jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li żewġ anzjani, li kienu residenti f’żewġ djar tal-anzjani separati, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

L-ewwel każ kien anzjan ta’ 91 sena. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl.

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 73 sena. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl.

Iż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ekonomija

Sport