Wednesday, April 24, 2024

Anzjan isofri ġrieħi gravi f’ħabta fil-Kalkara

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel anzjan sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 a.m kien involut f’ħabta fi Triq ix-Xatt il-Kalkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u mutur tal-għamla Kymco, li kien qed jiġi misjuq mir-raġel ta’ 64 sena residenti fl-istess lokalità.
Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport