Friday, May 3, 2024

Ikomplu jiżdiedu l-każi fl-Afganistan hekk kif miljuni ta’ tfal jinsabu f’riskju ta’ ġuħ

Aqra wkoll

Figuri ġodda maħruġa mill-Ministeru għas-saħħa pubblika fl-Afganistan juru li kien hemm 179 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk it-total ta’ persuni infettati tela’ għal 2,469 fejn sfortunatament kien hemm 72 persuna li tilfu ħajjithom.

Minkejja li n-numru jista’ jidher bħala żgħir, il-pajjiż għandu limitazzjoni fejn jidħol ittestjar u anke s-sistema tas-saħħa qed taffaċċja sfidi kbar minħabba għexieren ta’ snin ta’ kunflitti.

Intant qed tinxtered twissija li aktar minn seba’ miljun tifel u tifla fil-pajjiż jinsabu f’riskju ta’ ġuħ hekk kif il-prezzijiet komplew tilgħin minħabba l-pandemija.

Sport