Ikomplu jiżdiedu l-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ għargħar fin-Nepal

Aqra wkoll

Skont l-awtoritajiet, nhar l-Erbgħa tilfu ħajithom minn tal-inqas 160 persuna fin-Nepal u mijiet oħra, il-biċċa l-kbira tagħhom barranin. Dan wara li għargħar f’daqqa u vjolenti ħakem żoni tal-fruntiera. 

L-għargħar qered diversi rħula u kisser ammont sostanzjjali ta’ djar, toroq, pontijiet u impjanti tal-enerġija. Filmat imxandar minn mezzi tax-xandir reġjonali juri kurrenti qawwija ta’ ilma għaddejjin b’ħeffa mill-widien u l-passaġġi tal-muntanji, b’riżultat li waqgħu xi pontijiet u saħansitra anke nġarr xi bini.

Il-pulizija tan-Nepal ikkonfermat li nstabu mill-inqas 162 katavru wara dan l-għargħar devastanti, iżda ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-vittmi. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport