Marsaxlokk……12
Birżebbuġa……17
(3-5, 5-4, 3-4, 1-4)
Birżebbuġa huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni meta fit-tieni play-off tal-Finali għelbu lill-ġirien Marsaxlokk bl-iskor konvinċenti ta’ 17-12.
Birżebbuġa rebħu l-ewwel it-tielet u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 5-3, 4-3 u 4-1, filwaqt li x-Xlukkajri trijonfaw fit-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-4.
Għal Birżebbupa l-aqwa skorer kien is-solitu Marko Radulovic li skorja xejn inqas minn seba’ goals, filwaqt li għal Marsaxlokk spikka Nikola Bogadanovic li wkoll skorja seba’ goals.
Marsaxlokk: M. Farrugia, Z. Cutajar Licari, N. Bogdanovic 7, N. Spiteri, A. Buhagiar K. Dowling, S. Mifsud 1, J. Pawley, B. Lewis, J. Borg Tabone 1, J. Cauchi, E. Mallia 2, A. Micallef, Z. Schranz, B. Schranz.
Birżebbuġa: M. Sladden, N. Bugelli 2, M. Manara, J. Abdilla, J. Ciantar 4, B. Grech, M. Radulovic 7, A. Aquilina, D. Farrugia, M. Cutajar 1, M. Aquilina 1, M. Curmi, S. Livori, L. Axisa, R. Bugelli 2.
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari.




