Thursday, August 27, 2026
Home Sport Waterpolo: Neptunes Champions għat-28 darba

Waterpolo: Neptunes Champions għat-28 darba

0
35
Ritratt: Mark Mangion

Sliema…………15

Neptunes…….18

(4-7, 3-4, 3-4, 5-3)

Neptunes huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier għat-28 darba fl-istorja glorjuża tagħhom meta fit-tieni play-off tal-Finali għelbu lir-rivali eterni Sliema bl-iskor ta’ 18-15.

Neptunes rebħu l-ewwel, it-tieni u t-tielet sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 7-4 u 4-3 (kemm it-tieni kif ukoll it-tielet sessjoni), bi Sliema jwettqu reazzjoni tard wisq fil-partita meta ħarġu rebbieħa fir-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 5-3.

Għal Neptunes spikka ferm il-player Russu naturalizzat Malti Ivan Nagaev li skorja ħames goals, filwaqt li l-aqwa skorers għal Sliema kienu Jake Cachia u Sam Engerer li rreġistraw hat-trick kull wieħed.

Ta’ nota huwa l-fatt li fl-ewwel mumenti tar-raba’ u l-aħħar sessjoni tkeċċa għal Neptunes il-player Kroat Marko Zuvela minħabba ‘brutality’, fllwaqt li iktar tard għal Sliema tkeċċa l-player Jayden Cutajar permezz ta’ karta ħamra diretta.

Intant, qabel il-partita ġiet ossservata minuta silenzju ad unur il-mibki iżda qatt minsi Paul Cutajar, li jiġi n-nannu tal-player ta’ Sliema, Jayden Cutajar, li ħalla din id-dinja proprju jum qabel il-partita.

Sliema: B. Busuttil, F. di Fulvio 1, L. Galea 1, J. Gambin, J. Cassar, B. Cachia 2, J. Cutajar 1, D. Rizzo 2, E. Schembri, J. Cachia 3, J. Chircop, D. Zammit 2, M. Bonello Dupius, S. Engerer 3, S. Busuttil.

Neptunes: Matthew Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze 2, L. Chetcuti, J. Camilleri 1, J. Valletta, S. Camilleri 4, I. Nagaev 5, Mark Castillo 1, J. Bajada 1, M. Azzopardi, M. Zuvela 2, M. Rossi, A. Fava.

Referees: A. Severo, R. Colombo.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here