Sunday, December 22, 2024

Ikomplu jonqsu l-każi attivi… Imutu tliet persuni oħra

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 10,754.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 503 każi ġodda filwaqt li 1,307 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 102, bi tlieta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 504 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 62 sena u żewġ nisa ta’ 62 sena u 86 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,165,421 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 303,033 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport