Tuesday, April 23, 2024

Fi New Zealand: Żagħżugħ imut ġimagħtejn wara l-ewwel doża tal-vaċċin

Aqra wkoll

L-awtoritajiet fi New Zealand qegħdin jgħidu li hemm rabta bejn it-tilqima tal-Pfizer u l-mewt ta’ żagħżugħ ta’ 26 sena li sofra minn kundizzjoni ta’ myocrarditis; infjammazzjoni rari fil-qalb.

Din il-mewta hija t-tieni waħda f’New Zealand li qiegħda tkun assoċċjata mal-effetti li segwew il-vaċċin. Dan hekk kif f’Awwissu l-awtoritajiet konċernati rrappurtaw dwar mara li mietet wara li ħadet id-dożi tal-vaċċin.

Il-bord indipendenti għas-sigurtà tal-vaċċin fi stqarrija maħruġa qal li “Skont l-informazzjoni li għandna bħalissa, il-bord qiegħed jikkunsidra li l-myocraditis ġiet ikkawżata mill-vaċċin”.

Minkejja dan, jidher li ż-żagħżugħ; li miet ġimagħtejn wara l-ewwel doża, ma fittix għajnuna medika għas-sintomi li żviluppawlu wara t-tilqima.

Il-bord żied jgħid li għaddejja b’investigazzjonijet oħra relatati mal-istess kundizzjoni. Każ minnhom jitratta l-mewt ta’ tifel ta’ 13-il sena li x’aktarx miet bil-myocarditis wara li tlaqqam u każ ta’ mara ta’ madwar 60 sena. Fil-każ tat-tifel, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex ikun ivverifikat jekk hemmx rabta bejn il-mewt tat-tifel u l-vaċċin. Fil-każ tal-mara jidher li m’hemmx rabta bejn il-mewt tagħha u t-teħid tal-vaċċin.

Minkejja dawn is-side effects, il-bord qal li l-benefiċċji tal-vaċċin huma ferm akbar mir-riskji li tittieħed.

Sport