Saturday, October 26, 2024

Ikomplu jonqsu l-każi attivi wara li jfiqu 54 persuna

Aqra wkoll

Minn 2,326 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 21 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Intant il-Ministeru għas-Saħħa qalu wkoll li kien hemm 54 persuna li rkupraw mill-virus biex issa n-numru ta’ każi attivi f’Malta niżel għal 590.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, madankollu mill-każi tal-bieraħ irriżultaw tmien każi ta’ trasmissjoni tal-virus fost qraba, każ irriżulta minn attività soċjali, żewġ każi kienu importati, u każ ieħor kien ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol.

Sport