Saturday, December 21, 2024

Ikomplu jonqsu n-nies jirreġistraw għax-xogħol

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Awwissu kien dak ta’ 1,442. Dan ifisser tnaqqis ta’ 2,230 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq tagħrif mogħti mill-Aġenzija JobsPlus turi tnaqqis ta’ 2,054 persuna jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 176 persuna taħt Part 2.
It-tnaqqis fil-qgħad kien irreġistrat fil-faxex kollha ta’ etajiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Dawk jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa, naqsu b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-istess xahar tal-2020. Kien irreġistrat ukoll tnaqqis fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn 21 ġimgħa.

Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol żdiedu b’6 biex issa jlaħħqu l-267 persuna.

Ekonomija

Sport