Saturday, May 4, 2024

Il-każi attivi jinżlu taħt il-500

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 12-il każ ġdid u rkupraw 47 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 488.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 15 persuna rikoverati u li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 456 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 814,067 doża tal-vaċċin li minnhom 5,798 huma booster dose.

Sport